Our Student Council

Capture 9Capture 7

Min jaf kemm-il darba t-tfal semgħu bil-kelma ‘kunsill’. Il-maġġoranza tagħhom l-ewwel ħaġa li tiġi f’moħħhom hija l-kunsill lokali għax dak l-aktar li jisimgħu dwaru kemm minna l-kbar kif ukoll mill-media.

Ftit huma dawk li jassoċjaw il-kelma ‘kunsill’ mal-iskola, wisq aktar mal-istudenti. Iva, ġol-iskola tagħna hemm Kunsill tal-Istudenti. X’inhu kunsill tal-istudenti? Kunsill tal-istudenti huwa grupp ta’ studenti li jirrapreżentaw lil sħabhom f’laqgħat li jkollhom mat-tmexxija tal-iskola. Permezz tal-kunsill tal-istudenti, it-tfal qed jingħataw vuċi kif ukoll qed jingħata sens ta’ ‘ownership’ fejn it-tfal qed iħossu li jistgħu jinbidlu u jitjiebu xi affarijiet li jsiru fl-iskola. Huma jħossu li qed jiġu stmati b’hekk iħossuhom importanti.  Dan kollu jwassal biex jitjiebu u jissaħħu r-relazzjoniet bejn it-tfal infushom kif ukoll bejn it-tmexxija tal-iskola u t-tfal.

Fil-lezzjonijiet tal-Personal Social Development (PSD) sar il-proċess kollu li wassal għall-elezzjoni tal-Kunsill tal-Istudenti. Semmejna t-tipi differenti ta’ kunsilli li jeżistu u x’inhu l-għan tagħhom. Imbagħad iffukajna fuq il-kunsill tal-istudenti. Rajna għaliex hemm bżonn li jkun hemm kunsill tal-istudenti u x’inhuma l-għanijiet tiegħu. Ħaġa importanati li ffukajna fuqha hija l-kwalitajiet tal-kunsillier. X’tip ta’ tifel/tifla irridu nagħżlu biex jirrapreżentana? Ġegħlna t-tfal jaħsbu fuq l-importanza li jivvutaw b’moħħhom u mhux b’qalbhom. B’hekk it-tfal stess waslu għall-konklużjoni li jridu jagħżlu lil xi ħadd li huwa responsabbli, assertiv, jaf jitkellem quddiem in-nies, jisma’ l-ideat tal-oħrajn, jaħdem f’tim eċċ. Tkellimna ukoll fuq ir-responsabilitajiet tal-kunsillier/a u x’inhu l-irwol tagħhom. Mhux titla fil-kunsill u daqshekk, imma la darba sħabek urew il-fiduċja fik trid tattendi għall-laqgħat u taħdem biex flimkien mal-oħrajn tara x’għandu jsir biex l-iskola tkun aħjar.

Parti mill-preparazzjoni għall-elezzjoni tal-Kunsill tal-Istudenti u li t-tfal żgur ħadu gost biha hija l-Kampanja Elettorali. Wara li ġie spjegat lilhom x’inhu l-iskop tal-kampanja elettorali, il-kandidati preparaw chart fejn fiha taw ir-raġunijiet għaliex sħabhom għandhom jivvutawlhom. Fiċ-chart inkludew ukoll xi ideat li għandhom u x’bi ħsiebhom jagħmlu jekk sħabhom jivvutawlhom biex ikunu fil-kunsill. Waqt il-lezzjoni tal-PSD wara li kkampanjaw, il-kandidati kellhom ukoll ċans biex iwieġbu xi domandi li għamlulhom sħabhom. B’hekk meta jiġi l-mument tal-għażla it-tfal ikunu ħadu deċiżjoni infurmata tajjeb. Iċ-charts tal-kandidati twaħħlu fil-foyer tal-iskola. Waqt il-ħin tal-brejk stajt tara xi tfal iduru mal-boards u jerġgħu jaraw iċ-charts biex b’hekk jagħmlu l-aħjar għażla fl-interess tal-iskola.

Waslet il-ġurnata tal-elezzjoni. Tħejjew il-kamra tal-votazzjoni, il-kaxxa tal-votazzjoni kif ukoll il-poloz tal-voti.  L-entużjażmu qalb it-tfal kien jinħass kif setgħu ukoll jinħassu it-tensjoni u l-eċitament qalb il-kandidati. Qabel ma daħlu biex jivvutaw ġie spjegat lit-tfal il-mod kif għandhom jivvutaw. Fl-aħħar ingħataw vot bit-timbru tal-iskola.  Minn kull klassi kellhom jintgħażlu żewġt itfal – tifel u tifla. Wara li saret il-votazzjoni, quddiem it-tfal sar il-proċess tal-għadd tal-voti. Kollox sar b’mod trasparenti u kull pass ġie spjegat lit-tfal biex b’hekk huma jkunu jistgħu jifhmu aħjar dak li jiġri fir-realta’. Infetħet il-kaxxa, il-voti tpoġġew wiċċhom l’isfel, rajna kemm kien hemm voti eliġġibli u kemm kien hemm voti mitfugħa, rajna kull vot fejn mar kif ukoll flimkien mat-tfal iddeċidejna fuq il-ftit voti invalidi li kien hemm. Fl-aħħar tħabbar ir-riżultat. Il-kandidati kollha ħadu b’idejn xulxin u dawk li ġew eletti ingħataw iċ-ċans biex jgħidu kelmtejn ta’ ringrazzjament lil sħabhom li kienu ivvutawlhom.

F’kuntest internazzjonali fejn f’ħafna pajjiżi ġirien tagħna kien hemm ġlied, gwerrer, qtil eċċ sabiex tista’ tirrenja d-demokrazija, it-tfal tal-iskola tagħna esperjenzaw u għexu d-demokrazija fil-klassi tagħhom. Huma tkellmu bil-vot tagħhom u għażlu lil min iridu li jirrapreżentahom fil-kunsill. It-tfal apprezzaw kemm hi sabiħa d-demokrazija fejn huma fehmu li d-demokrazija hija l-aħjar mod ta’ kif aħna nagħżlu lil min irridu li jirrapreżentana, u fuq kollox, hija l-aħjar mod ta’ tmexxija.

                                                                            Mr. Ainsley Cassar

                                                           Ms. Rosanna  Miceli Donelly

Ms. Karen Micallef

                                                        Għalliema tal-PSD

Jekk tridu tibqgħu aġġornati fuq kull ma jkun qed jiġri fil-laqgħat tal-kunsill araw ukoll Categories – Student Council.

Advertisements

8 responses to “Our Student Council

  1. well done to all council students

  2. i am yes and i am so proud of it!

  3. like me im 4:5 2012/13

  4. Ms bonnello when are you going to put the new council detials

  5. Well done to all the students council especially to ms mizzi student councils Pearl Scerri and Saviour Alali and a big big big big well done for the student council not for the winners but for the contests

  6. 2012-2013?
    😛

  7. well done

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s